Il-Wikikwota huwa proġett ibbażat fuq wiki li hu mmexxi mill-Fondazzjoni Wikimedia, li jaħdem fuq is-softwer MediaWiki. Ibbażat fuq l-idea ta' Daniel Alston u mplimentat minn Brion Vibber, l-għan ta' dan il-proġett hu li jipproduċi kollaboritivament referenza vasta ta' kwotazzjonijiet minn nies popolari, kotba u proverbji, u jagħti dettalji fuqhom. Minkejja li hawn diversi kollezzjonijiet ta' kwotazzjonijiet fuq l-internet, Wikikwota huwa differenti mill-oħrajn minħabba li jagħti l-opportunità biex il-viżitaturi jikkontribbwixxu.[1] Inizzjalment il-proġett beda bl-Ingliż, imma fl-Lulju tal-2004, lingwi ġodda ġew introdotti.
Kronoloġija tal-istorja
It-tkabbir esperjenzat mit-tmien l-ikbar Wikikwoti.
Data
Avveniment
27 ta' Ġunju 2003
Temporanjament tpoġġiet fuq il-verżjoni Wolof tal-Wikipedija (wo.wikipedia.com).
10 ta' Ġunju 2003
Ġiet attivat sottodominju ġdid (quote.wikipedia.org).
25 ta' Awwissu 2003
Attivat dominju ġdid (wikiquote.org).
17 ta' Lulju 2004
Lingwi ġodda ġew miżjuda.
13 ta' Novembru 2004
L-edizzjoni Ingliża tilħaq l-2,000 artiklu.
Novembru 2004
Tilħaq 24 lingwa.
Marzu 2005
Tilħaq total ta' 10,000 paġna. L-edizzjoni Ingliża toqrob lejn it-3,000 paġna.
Ġunju 2005
Tilħaq 34 lingwa, li tinkludi waħda klassika (il-Latin) u waħda artifiċjali (l-Esperanto).
4 ta' Novembru 2005
Il-Wikikwota Ingliża tilħaq il-5,000 paġna.
April 2006
Il-Wikikwota Franċiża tingħalaq minħabba raġunijiet legali.